Stedina milqugha


Solennita' tat-Trinita Qaddisa Sena A

Jekk naghtu harsa madwarna, nindunaw kemm ahna lkoll differenti, mhux biss mill-mod kif nidhru, imma wkoll bil-mod kif nahsbuha fuq hafna affarijiet. Ilkoll ghandna l-bagalji taghna, ta' kulturi u backgrounds differenti li sawwruna u li ghamluna min ahna. Sikwit, minhabba dawn id-differenzi, ma naqblux bejnietna. Irridu naccettaw il-fatt li d-differenzi ta' bejnietna hafna drabi huma ta' sfida ghalina. Il-fatt li inti tahsbiha differenti minni, li ghandek gosti differenti minn tieghi, li int differenti minni ghax forsi aktar intelligenti minni jew ghax aktar sinjur minni lili jistghu jaghmluni skomdi. Tant nistghu inhossuna skomdi b'dawn id-differenzi li nistghu naqghu f'zewg tentazzjonijiet.

Differenzi bejnietna: l-ewwel tendenza

Fuq naha wahda hemm it-tentazzjoni li naghmel lili nnifsi bhala l-istandard. Meta naghmel hekk, awtomatikament, in-nies ta' madwari huma jew ahjar minni, ghalhekk jisthoqqilhom ir-rispett kollu tieghi, jew aghar minni - allura nista' nittratahom kif irrid ghax hekk jew b'hekk huma inqas minni. U hekk, f'daqqa wahda in-nies kollha ta' madwari jaqghu f'livelli wiehed ahjar jew aghar mill-iehor, jew fuq bazi ta' edukazzjoni, jew fuq bazi ta' flus, jew ta' poter. U jien inqatta' hajti u l-energija kollha tieghi nipprova nitla' dejjem aktar 'l fuq fuq dan is-sellum ta' nies.

Differenzi bejnietna: t-tieni tendenza

It-tieni tentazzjoni li d-differenzi ta' bejnietna jistghu igibulna hi prezenti hafna wkoll fis-socjeta' tal-lum. Din it-tieni tentazzjoni tghid li d-differenzi ta' bejnietna tant huma kbar li flok ma nippruvaw nifhmu lil xulxin, nippruvaw innehhu differenzi bejnietna. Nippruvaw naghlqu ghajnejna kompletament ghad-differenzi li hemm bejnietna. Ingibu lil kulhadd l-istess, ilkoll kopji ta' xulxin, nippruvaw insiru identici ghal xulxin. Nimponu l-ideat taghna fuq xulxin ghax ninsitu li l-idea taghna biss hija tajba. Il-fundamentalizmu jahdem b'dan il-mod. Int tahsibha differenti minni, imma tieghi it-tajjeb. Jew issir bhali jew neqirdek.

Nghixu riflessjoni tat-Trinita'

Tghidli x'ghandu x'jaqsam dan mal-festa tat-Trinita' li qeghdin niccelebraw illum? Ahna mdorrijin naraw pitturi li jippruvaw jirrapprezentaw it-Trinita'. Nixtieq infakkarkom wahda partikolari, ikona Griega antika, msejjha bhala l-ikona ta' Rublev. Fiha naraw tlett angli bil-qieghda madwar mejda. It-tlieta li huma mpingijjin ezatt l-istess hlief ghall-kulur tal-libsa taghhom. Fiha l-elementi kollha dwar it-Trinita': li l-persuni kollha, jigifieri il-Missier, l-Iben u l-Ispirtu s-Santu huma kollha differenti, unici, ghandhom rwoli differenti imma fl-istess hin huma kollha indaqs.

Id-DNA ta' Alla

Ghalhekk il-festa tal-lum hija wkoll festa fejn niftakru x'ifisser fil-verita' dak li naqraw fl-ewwel kaptilu tal-Genesi: Alla halaqna xbieha tieghu, jigifieri, li bhal Alla, ahna mahluqin bil-kapacita' li nhobbu, li nidhlu f'relazzjonijiet ma' haddiehor. Ahna li ahna mahluqin minn Alla ghandna fina wkoll l-impronta ta' Alla, id-DNA ta' Alla jekk trid.

Bhall-Persuni tat-Trinita' ahna ukoll unici u differenti minn xulxin madanakollu ahna lkoll indaqs. Ilkoll ghandna l-istess dinjita'. Hadd minna m'hu ahjar mill-iehor. M'ghandniex ghalfejn nippruvaw ingibu lil kulhadd l-istess ghax nistghu nidhlu ir-relazzjoni ma' xulxin minkejja d-differenzi taghna.

Trinita' relazzjoni ta' mhabba

It-Tlett Persuni tat-Trinita' jghixu din ir-relazzjoni ta' mhabba ta' bejniethom billi jinghataw il-hin kollu lil xulxin. Din hija xi haga li nsibuha il-hin kollu bhal ritornell fil-Bibbja kollha, imma b'mod l-aktar car fl-Evangelju ta' San Gwann. Naqraw "Jien u l-Missier, ahna haga wahda," "Jien ma gejtx biex naghmel ir-rieda tieghi imma r-rieda ta' dak li baghatni."

Fl-Evangelju tal-lum ghandna lil Gesu' stess jghid lil Nikodemu dwar sa fejn tasal l-imhabba ta' Alla l-Missier. Alla l-Missier li johrog minnu nnifsu, ibattal lilu nnifsu f'Gesu' u Gesu' li jaghti lilu nnifsu mil-gdid lejn Alla bil-missjoni li jwettaq fostna fuq din l-art, l-aktar permezz tal-mewt u l-qawmien tieghu mill-mewt.

Kelma twila u tqila (biex tghixha)

Ghalhekk il-Festa tat-Trinita' hija l-festa tal-"komunjoni". Forsi kelma ftit twila u tqila imma tajjeb li nifhmuha. Il-komunjoni hi relazzjoni ta' mhabba, ta' persuni li l-hin kollu jinghataw lil xulxin.
L-uniformita' bejnietna ma ggibx ghaqda ghax ilkoll unici u tajjeb li napprezzaw li ahna lkoll unici u differenti minn xulxin.  Lanqas hija sempliciment rispett lejn xulxin: int ghix u emmen li trid u jien nghix u nemmen li rrid. Trid tkun aktar, hafna aktar minn hekk. Trid tkun ghotja ta' hajja, ghotja totali ghal xulxin. U huwa minn din l-ghotja lejn xulxin li jitwieled u jinhass tassew l-Ispirtu s-Santu, l-Ispirtu li jqaddes, l-Ispirtu tal-Verita', l-Ispirtu li jgib il-paci. Interessanti li fl-ezortazzjoni Appostolika li l-Papa hareg is-sena l-ohra, Amoris Laetitia fuq l-imhabba fil-familja, ma jsemmix biss il-famija mqaddsa bhala mudell tal-familja, imma it-Trinita'. Fil-fatt jirrepeti din hafna aktar minn kemm isemmi il-Familja Mqaddsa.

Hemm mod konkret kif Alla jistedinna biex ahna wkoll niehdu sehem f'din ir-relazzjoni li hemm bejn dawn il-persuni tat-Trinita'. U dan hu s-sagrament tal-Ewkaristija, is-sagrament tal-komunjoni, li permezz tieghu ahna wkoll nircievu minn din l-ghotja tieghu innifsu li jaghmel Gesu u li tinkoraggina biex ahna wkoll ma nibzghux ninghataw lil xulxin.

Comments