Bnedmin mimlijin Spirtu


Pentekoste - Ghid il-Hamsin

Meta gieli kelli naqsam xi riflessjoni mal-adoloxxenti li jkunu se jaghmlu l-Grizma tal-Isqof, dwar l-Ispirtu s-Santu, gieli nghidilhom biex izommu n-nifs sakemm nghidihom jien. Wara ftit sekondi, ninzel isaqsihom x'hassew. Ikun hemm min jghidlek, "kien se jaghtini hass hazin" jaqbez iehor u jghidlek, "hassejtni qisni kont qed nifga," imbaghad jaqbez iehor - forsi xi ftit iehor drammatiku mit-tnejn ta' qablu u jghidlek, "kont se mmut!"

L-Ispirtu s-Santu jinsab attiv u dinamiku fostna

Nahseb li s-simboli tar-rih u tan-nar li fl-Ewwel qari tal-lum jirrapprezentaw l-Ispirtu s-Santu huma simboli qawwijin hafna li jirraprezentawh tant tajjeb. Bhal issa qieghed naqra ktieb zghir jismu Tattoos on the Heart, fuq qassis li jikteb l-esperjenzi li ghadda minnhom flimkien ma' gang members f'Los Angeles. Hafna mill-esperjenzi li jikteb dan il-qassis fil-ktieb huma esperjenzi ta' persuni li fl-ahhar jaghmlu ghazla f'hajjithom, li jinbidlu, li jduru mill-passat taghhom u li jaqbdu hajja gdida. Dawn ukoll, forsi minghajr ma ndunaw, bhal dawk it-tfal li ghedtilhom biex izommu n-nifs ghal ftit sekondi, kien qed ihosshom hazin, kienu qed jifgaw, kienu qed imutu - jekk mhux fizikament, ghallinqas spiritwalment, sakemm ghamlu l-ghazla li jinfethu ghall-ispirtu, dan l-Ispirtu s-Santu li jaghtina l-hajja mill-gdid.

It-tentazzjoni li nkunu maghluqin ghall-Ispirtu

Mal-ewwel daqqa t'ghajn ma jidhirx li hemm xi gang members f'din il-knisja - sa fejn naf jien ghallinqas - imma xi drabi ma nkunux 'l boghod lanqas. Il-Papa Frangisku iheggiggna naghmlu ezami tal-kuxjenza biex naraw kemm ahna tassew miftuhin ghall-Ispirtu s-Santu. Meta nkun egoist u nfittex biss li joghgob lili, meta ma niftakarx il-hwejjeg kbar li jaghmel mieghi il-Mulej, meta nghix il-hajja nisranija mhux bhala ghotja imma bi skop biex nircievi xi haga, forsi status, jew tifhir minghand xihadd. Dawn huma kollha sintomi li m'inix verament miftuh ghall-Ispirtu s-Santu.

Miftuhin ghall-Ispirtu

Minn naha l-ohra, kif naghraf li xihadd huwa miftuh ghall-Ispirtu s-Santu? Dawn il-persuni naghrfuhom mill-ewwel. Ikunu persuni li kapaci jkunu ta' xhieda ta' Kristu minghajr ma jibzghu, anki f'mumenti ta' sfida jew meta jispiccaw wahedhom minghajr is-sapport ta' hadd. Ninnutaw fostna persuni, dixxipli li jipperseveraw minghajr ma jaqtghu qalbhom, ta' nies li jaghmlu minn kollox biex ikabbru fihom b'hafna u hafna pacenzja l-frott tal-Ispirtu s-Santu: dawk li jsemmi San Pawl fl-ittra lill-Galatin l-imhabba, l-ferh, il-paci, il-pacenzja, it-tjubija, ir-razan u l-bqija.

Frott tal-Ispritu: Kuragg u liberta'

Hemm dettall zghir imma sinifikanti fl-ewwel qari tal-lum. In-nies li raw id-dixxipli hasbuhom fis-sakra. Ghaliex? Ghax jitnehhew dawk l-inhibizzjonijiet li jtellfuna milli nghidu dak li hu sewwa u veru munhabba r-rispett uman. L-Ispirtu jimla l-qalb b'ferh li jisboq kull rispett uman. L-isptu jaghtik kuragg u liberta'. Mhux ta' b'xejn jiddiskrivuh bhala rih qawwi!

Il-Frott tal-Ispirtu: mod gdid kif nahsbu

Dalghodu qomna ghall-ahbar kera ta' attakk terroristiku iehor fl-Ingilterra. Xi hadd ippostja tweet fejn qal xi haga hekk, "Kerha kemm hi kerha din is-sitwazzjoni, ejjew nippruvaw nuzaw il-hniena, il-mghodrija, ejjew immorru lura ghal dak li jghallmuna l-Evangelji fuq kif ghandna ngibu ruhna ma' min ma naqblux maghhom." Dan hu l-frott tal-Ispirtu s-Santu

L-Ispirtu s-Santu igib l-ghaqda

Id-dinja llum tant ghandha bzonn tal-Ispirtu s-Santu, ghax l-Ispirtu s-Santu igib l-ghaqda.

Ghaqda minkejja d-differenzi bejnietna

Fostna ghax ahna bnedmin u lkoll gejjin b'bagalji differenti: minn trobbija differenti, konvinzjonijiet differenti, xi drabi bhal dawk in-nies li kien hemm Gerusalemm u li naqraw fuqhom fl-ewwel qari, nahsbu li ma nistghu naqblu fuq xejn. Imma dawk in-nies li kienu gejjin minn tant postijiet differenti jisma' lid-dixxipli jitkellmu b'ilsien familjari, b'ilsien art twelidu. Interessanti li l-ispirtu ma jgibx uniformita' imma waqt li jhalli lil kull wiehed uniku, igib l-ghaqda. Mhux kulhadd jibda jitkellem il-l-Aramajk, jew il-Grieg li kienet il-lingwa franka ta' dak iz-zmien. Madanakollu nafu li hemm lingwa universali li tghaqqadna lkoll u li tmur 'lil hinn mill-kultura, r-razza, background ta' trobbija u konvinzjonijiet: hi l-ilsien, il-lingwagg universali tal-imhabba.

Il-qawwa li nahfru

Letteralment fl-istess nifs li Gesu jaghti l-Ispirtu s-Santu lill-appostli, jaghtihom ukoll il-qawwa li jahfru n-nuqqasijiet ta' xulxin. Kemm-il darba nsibuha tant bi tqila li nahfru ghalkemm nippruvaw. Xi drabi nhossu dik ir-resistenza fina li nahfru lil xulxin, l nibqghu inzommu lil xulxin ilsira tad-dnub taghna stess. Ara x'responsabbilta' kbira jaghtina Gesu'. L-Ispirtu s-Santu jaghtina din il-qawwa gdida, frott tar-rebha ta' Gesu' fuq il-mewt li nahfru lil xulxin. Fl-istess talba tal-assoluzzjoni waqt il-qrar il-qassis jghid, "sawwab fuqna l-Ispirtu s-Santu ghall-mahra tad-dnubiet."

L-Ispirtu s-Santu huwa l-imhabba ta' Alla msawwab fil-qalb taghna permezz ta' Kristu mqajjem mill-imwiet.

Comments