Sema mcarrat darba ghal dejjem

Tlugh il-Mulej fis-Sema

Atti 1, 1-11; Salm 46 (47); Ef 1, 17-23; Mt 28, 16-20
Nixtieq nehodkom ftit gimghat lura, ftit xhur lura, propju f'Dicembru li ghadda, fl-Avvent li ghadda. Tiftakru kif gimgha wara ohra, ghal erba' gimghat shah tlabna bil-kliem tal-profeta Isaija, "Carrat is-sema, Mulej u inzel." Minjaf kemm-il darba kantajna l-innu, "Ejja fostna Mulej!" Ghal erba' gimghat shah tlabna b'dan il-kliem u kliem iehor jixbhu biex il-Mulej jigi hawnekk fostna ghax ghandna bzonnu: biex jerga' ifejjaqna, biex jerga' jaghtina l-hajja, biex jerga' jurina l-iskop ta' hajjitna.

Kristu jikkomemora zmien gdid

U dik it-talba li ghamilna f'dawk il-granet, illum tilhaq il-milja taghha. Kif rajna fit-tlett qari tal-lum, Gesu jerga' jcarrat is-sema, biex nghid hekk, u jerga' lura minn fejn gie - imma hemm differenza - jerga' lura hdejn il-Missier din id-darba bl-esperjenza taghna l-bnedmin, jigifieri bl-istess gisem li bih bata u miet ghalina. Gesu hawnekk qieghed jikkomemora zmien gdid minn meta sehhet din il-grajja, 40 jum wara l-qawmien tieghu mill-mewt, 2000 sena ilu u li ghadna qed nghixuh sal-lum. Biex nghid hekk, icarrat is-sema u s-sema jibqa' mcarrat daqs li kieku m'ghadx hemm differenza bejn is-sema u l-art. Isiru haga wahda. M'ghadx hemm differenza bejn it-tempju u d-dinja - ghax issa d-dinja kollha hi t-tempju ta' Alla. Naraw hjiel ta' dan diga' fir-rakkont tal-passjoni fl-Evangelju ta' Mattew meta jghid li l-purtiera tat-tempju ccartet fi tnejn, minn fuq s'isfel.

Il-Knisja mhux post aktar sagru mit-triq

Fi kliem iehor, il-knisja m'huwiex post aktar sagru mit-triq, jew mis-supermarket jew mill-post tax-xoghol tieghek. Mhux ghax il-knisja m'ghadux post sagru, imma ghax issa kullimkien huwa post sagru, u dawn il-postijiet mimlijin ilkoll indaqs bil-prezenza ta' Kirstu. L-isptar, il-karozza tal-linja, il-quadrangle tal-universita' huma tant iehor huma wkoll postijiet sagri, ghax huma wkoll huma mimlijin, mizghudin, bil-prezenza ta' Kristu. Dawn huma wkoll postijiet privileggjati fejn Kristu ikellimna, isalvana, jurina l-imhabba tieghu. Irridu biss nifthu ghajnejna ghal din ir-realta'.

"Il-milja ta' dak li jimla kollox f'kollox"

Jolqtuni fl-Evagelju tal-lum in-numru ta' kliem li juru totalita': "kull setgha", "il-gnus kollha", "sal-ahhar taz-zmien". Jekk Kristu jokkupa dawn l-ispajzi kollha, u z-zminijiet kollha, mela jokkupa wkoll dawk l-irkejjen u dawk iz-zminijiet mudlama ta' hajti fejn jien hsibt li kien assenti. Forsi dawk iz-zmien fejn jien bajtejt fiz-zwieg tieghi, dak iz-zmien forsi f'zoghoziti fejn jien ma ridtx naf b'Alla, dak iz-zmien ta' hajti fejn hassejtni kont qed inbati fis-skiet minn ingustizzja u hsibt li Alla kien trux ghat-talb tieghi.

Id-dubju bhala grazzja

Ovvjament, ilkoll nafu li dwn il-postijiet li semmejna gieli jkunu huma stess postijiet ta' ingustizzja, postijiet fejn hemm nuqqas ta' mhabba, postijiet fejn minflok ma nfejjqu lil xulxin, inwegghu lil xulxin. Allura ma nistkantawx li niddubitaw mill-prezenza ta' Kristu f'dawn il-postijiet. Kemm joghogobni dak il-vers, "xi whud iddubitaw," imma Gesu xorta baghthom. Ma jitkazax bihom Gesu' jaf li dawn l-affarijiet difficli nemmnuhom, madanakollu l-fiducja tieghu fina akbar mid-dubji taghna fih u jibghatna xorta wahda biex inkunu dixxipli missjunarji. Meta Gesu jghid "ghammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu," mhux qed jghidilhom sempliciment x'formola ghandhom juzaw biex jghammdu, imma qed jghidilhom, "ghoddsu l-persuni kollha li tiltaqghu maghhom - ghax dik li tfisser il-maghmudija, li tghoddos - fit-Trinita', jigifieri fl-imhabba biex huma wkoll jaghrfu din l-imhabba ghalihom.

Rimedu tangibbli ghad-dubbji taghna

X'rimedju jaghtina Gesu lilna d-dixxipli tieghu, ghan-nuqqas ta' fidi taghna? Jaghtina l-prezenza tieghu konkreta u tangibbli li tibqa' ghal dejjem, is-Sagramenti, l-aktar l-Ewkaristija u s-Sagrament tal-Qrar; u l-Kelma tieghu, l-Iskrittura Mqaddsa. Dawn huma laqghat personali ma' Kristu nnifsu, li ladarba naghmlu esperjenza awtentika tieghu, ma nistghu qatt inharsu lura. Dawn il-presenzi konkreti u tangibbli tieghu jghinuna ngharfu li s-sema tassew iccarrat darba ghal dejjem u li kristu ghadu tassew prezenti fostna - anzi, li ahna nghixu fih tassew.

Comments